Notifiki

Raġel arrestat wara li ta daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta lil żewġt irġiel oħra

Raġel qed jinżamm arrestat mill-pulizija wara li ta’ daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta lil żewġt irġiel f’San Ġiljan fil-lejl li għadda.

Il-każ seħħ fi Triq Dragonara f’San Ġiljan meta l-allegat aggressur ta’ daqqa lil raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Ivorju, u raġel ieħor ta’ 32 sena mill-Libja.

Dawn qed isofru minn ġrieħi ħfief.

L-aggressur ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana wara li ilmenta minn uġiegħ f’ġismu, u rriżulta li qed isofri minn ġrieħi ħfief ukoll.

Huwa qed jinżamm arrestat mill-Pulizija.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend