L-Italja fi stat ta’ emerġenza – One News

L-Italja fi stat ta’ emerġenza

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ddikjara stat ta’ emerġenza ta’ 12-il xahar fir-reġjun ta’ Ligurja, wara li ċeda pont f’Ġenova. 

Qal ukoll li l-Gvern reġjonali Taljan talab €5 miljun fondi wara li l-inċident traġiku ta’ nhar it-Tlieta ħasad il-ħajja ta’ 39 persuna, fosthom turisti.

Uffiċjali li qed iwettqu operazzjoni ta’ salvataġġ fl-inħawi qalu li m’hemmx tama li iktar persuni salvaw minn dan l-inċident.

Il-pont Morandi waqa’ għoli ta’ madwar 100 metru t-Tlieta filgħodu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend