Notifiki

Ġuvni l-Isptar wara ħabta fiż-Żejtun

Ġuvni ta’ 18-il sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-05:40 fi Triq Alfredo Cachia Zammit, meta vettura tat-tip BMW misjuqa mill-ġuvni ħabtet ma’ vettura tat-tip Opel Astra, misjuqa minn mara ta’ 55 sena residenti l-Fgura. Din tal-aħħar irrifjutat l-għajnuna medika.

Intant, il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhux magħrufa.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend