QTIL DOPPJU: Kevin Micallef jibqa’ taħt arrest- is-smiegħ tal-każ se jkompli fis-26 ta’ Settembru – One News

Notifiki

QTIL DOPPJU: Kevin Micallef jibqa’ taħt arrest- is-smiegħ tal-każ se jkompli fis-26 ta’ Settembru

Kevin Micallef se jinżamm arrestat wara li d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest fil-kumpilazzjoni fil-Qorti llum.

Is-smiegħ tal-każ tal-qtil doppju fil-Għargħur mistenni jkompli nhar is-26 ta’ Settembru li ġej.

Micallef, li għandu 42  sena, huwa akkużat li qatel lil ommu Antonia u lil zitu Maria b’diversi daqqiet ta’ sikkina.

Xehed l-Ispettur Mario Sciberras, li saħaq kif dakinhar li seħħ il-qtil, wasal fuq il-post u sab  lill-imputat iċċirkondat mill-Pulizija u mmanettjat. Kellu xi tiċipis tad-demm, bix-xena preservata permezz tal-police tape. 

Xehed ukoll is-Surġent Brent Zammit, li stqarr li dakinhar tad-delitt, għamel tfittxija flimkien ma’ xi Pulizija oħra fil-presenza ta’ Micallef. Hu stqarr li t-tfittxijiet saru fid-dar fejn ġew elevati xi mobiles u xi mediċini. Saret tfittxija wkoll f’żewġt vetturi li huma tal-imputat ukoll. 

Fix-xhieda tiegħu, Antoine Agius  mill-RIU qal li meta mar fuq il-post tal-qtil, l-akkużar fetħilhom il-bieb u ħie arrestat immedjatament. Minn hawn hu qal li l-kollega tiegħu, li baqa dieħel fir-residenza u beda jitlob għal ambulanza minħabba l-persuni li sab feruti. Fl-istess ħin, Ryan Camilleri, kollega ta’ Agius, żied jgħid li saret tfittxija fuq l-akkużat filwaq li kollega ieħor talab għajnuna medika. 

L-Ispettur Kurt Zahra talab lill-Qorti biex jinħatar espert tal-Qorti biex jieħu l-impronti diġitali tal-imputat Kevin Micallef, u sussegwentament jiġu mqabbla ma’ dawk li ġew elevati minn fuq il-post tal-qtil. Talba li ġiet milqugħa mill-Qorti u mid-difiża, bl-espert Joseph Mallia jieħu dan il-karigu. 

Id-difiża mmexxija minn Dr. Francios Dalli, ma’ talbitx għall-ħelsien mill-arrest bl-imputat jibqa’ miżmum taħt arrest. Is-smiegħ se jkompli nhar is-26 ta’ Settembru


Iktar kmieni

Dalgħodu fil-Qorti mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-każ tal-qtil doppju fil-Għargħur.

F’dan il-każ hemm Kevin Micallef ta’ 42  sena mixli li qatel lil ommu Antonia u lil zitu Maria b’diversi daqqiet ta’ sikkina.

Fl-aħħar seduta sar magħruf li ommu, li kienet għadha ħajja meta ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza, ġiet lura momentarjament f’sensiha u lissnet biss il-kelma Kevin, b’referenza li hu ta d-daqqiet ta’ sikkina.

Kompla jingħad ukoll li l-akkużat wettaq dan il-qtil wara li zitu u ommu kienu jindaħħlu fir-relazzjonijiet li kien ikollu u kienu jitfgħulu l-kalmanti fil-kafè.
Dakinhar tal-qtil, Micallef saħaq li beda jara d-dlam wara li allegatament semagħhom jgħidu, “Tgħid induna?”

Qal ukoll li kien ikun aħjar li kieku dawwar is-sikkina lejh flok lejn ommu.

Il-kumpilazzjoni se tkompli tinstema’ quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *