AĠĠORNAT: Anzjan jindarab gravi wara li waqa’ minn sular għoli f’Buġibba – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Anzjan jindarab gravi wara li waqa’ minn sular għoli f’Buġibba

Anzjan indarab gravi wara li waqa’ minn sular għoli f’Buġibba.

ll-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra fi Triq Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li raġel li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq barra ta’ lukanda, waqa` minn fuq scaffolding għoli ta’ madwar sular.

Ir-raġel li għandu 74 sena, residenti San Pawl il-Baħar, ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-istħarriġ tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadu għaddej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend