Aġġornat: Jinżamm arrestat ir-raġel mixli bil-qtil ta’ erba’ ċikonji – One News

Notifiki

Aġġornat: Jinżamm arrestat ir-raġel mixli bil-qtil ta’ erba’ ċikonji

Jinżamm arrestat James Magri – ir-raġel li jinsab akkużat bil-qtil ta’ diversi ċikonji li kienu f’ qatgħa li dehret f’diversi lokalitajiet madwar Malta fl-aħħar jiem.

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lil James Magri li jinsab akkużat li qatel diversi ċikonji fl-aħħar jiem.

Magri, li hu residenti Ħad Dingli, tressaq quddiem il-Qorti b’arrest tard waranofsinhar tul il-jum tat-Tnejn wara li tul l-aħħar jiem ġie akkużat li qatel xi ċikonji li tul l-aħħar jiem deheru diversi drabi jittajru minn fuq pajjiżna.

Magri deher quddiem il-Qorti wara ħidma ntensiva tal-Pulizija tal-ALE taħt it-tmexxija tal-Ispettur Sheldon li wasslet għall-arrest tiegħu ftit siegħat biss wara li nstabet waħda mit-tjur li allegatament spara fuqha.

Viżibilment bla emozzjoni, Magri deher quddiem il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli liebes biss flokk u xorts – l-istess ħwejjeġ li kien bihom fil-ħin tal-arrest.

F’isem Magri, id-difiża mmexxija mill-akuvat Edward Gatt, talbet għall-ħelsien mill-arrest. Talba li ġiet argumentata mill-prosekuzzjoni li saħqet li jkun għaqli li l-akkużat jibqà jinżamm arrestat biex ma tkunx influwenzata xi xhieda pajżana li għadha trid tidher quddiem il-Qorti.

B’reazzjoni għal dan, il-prosekuzzjoni argumentat li mhux denju li Magri jibqà arrestat għaliex minkejja li ħadd ma jistà jmeri l-fatt dak li għamel għandu jkun ikkundannat, mhux aċċettabli li titnaqqar il-libertà tiegħu f’każ fejn il-massimu tas-sentenza finali jkun li wieħed ma jiprattikax id-delizzju tiegħu u ma tinkludix sentenza ta’ ħabs skond il-liġi.

Wara li semgħet dan, il-Maġistrat Demicoli ċaħdet it-talba tad-difiża b’ Magri joħroġ mill-Qorti skortat mill-Pulizija.

Intant f’tweet li għamel is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri żvela kif il-bqija taċ-ċikonji li għadhom ħajjin, jinsabu Għawdex u l-Pulizija Għawdxin ingħataw struzzjonijiet biex jgħassuhom mill-qrib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend