Iktar nies isalvaw f’Lombok – One News

Notifiki

Iktar nies isalvaw f’Lombok

Ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu f’ġirja kontra l-ħin biex ikomplu jsalvaw iżjed nies wara t-terremot qawwi li laqat lil Lombok fl-Indoneżja.

It-terremot ta’ qawwa 6.9 l-iskala rikter laqat ukoll moskea li qed ikun maħsub li fil-ħin tat-terremot kienet mimlija bin-nies għat-talb.

Sa issa ġew salvati żewġ persuni minn taħt it-tifrik tal-moskea.

In-numru tal-mejta sa issa huwa ta’ tmienja u disgħin iżda huwa mistenni li n-numru ta’ persuni mejta jkompli jikber hekk kif minn ħin għall-ieħor qed ikompli jinstabu aktar nies bla ħajja.

Dan it-terremot ħalla wkoll mal-20,000 persuna mingħajr saqaf fuq rashom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend