Żewġ anzjani bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Mosta

Raġel ta’ 66 sena u mara ta’ 85 sena qed jingħataw il-kura għal ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq il-Fortizza, il-Mosta. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22.00 tal-Ħadd filgħaxija.

Minn starriġ preliminari li sar fuq il-post, jidher li karozza tat-tip VW Up misjuqa minn mara ta’ 21 sena min-Naxxar kellha mpatt ma’ karozza tat-tip  Peugeot 108 misjuqa minn Amerikan ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema. F’din tal-aħħar kien hemm ukoll żewġ passiġġieri ta’ 64 sena u ta’ 85 sena.

Il-mara ta’ 21 sena u l-passiġġiera ta’ 64 sena qed isofri minn ġrieħi ħfif, filwaqt li ż-żewġ anzjani qed isofru minn ġrieħi gravi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend