UEFA Ewropa League: Schembri u Apollon FC jikkwalfikaw għar-rawnd li jmiss – One News

Notifiki

UEFA Ewropa League: Schembri u Apollon FC jikkwalfikaw għar-rawnd li jmiss

Apollon FC it-tim li miegħu jilgħab l-internazzjonali Malti, André Schembri qatgħu passaġġ għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League meta il-bieraħ f’darhom huma għelbu lill-FK Željezničar bl-iskor ta 3-1 wara li l-ġimgħa l-oħra barra minn darhom huma kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta 2-1. B’hekk Apollon għamluha għar-round li jmiss b’aggregate ta 5-2.

Apollon fetħu tajjeb u mal-ewwel minuti tal-partita huma fetħu l-iskor permezz ta’ Fotis Papoulis bl-avversarji jagħmlu l-iskor indaqs fit-tlieta u erbghin minuta permezz ta’ Asim Zec.  Ma’ kważi siegħa logħob Apollon reġgħu marru fil vantaġġ, grazzi għal darba oħra għal Fotis Papoulis.

Fl-aħħar mumenti tal-partita reġa’ kien Fotis Papoulis li għamel l-iskor 3-1 u għaqqad tripletta personali.

Ta’ nota li l-internazzjonali Malti beda din il-partita u ġie mibdul mal- bidu tat-tieni taqsima.

Fit-tielet rawnd Apollon ser ikunu qegħdin jilagħbu kontra t-tim mill-Belarus FC Dynamo Brest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend