ARA: Issa tista’ ssegwi l-isports kollu mingħajr problemi – One News

Notifiki

ARA: Issa tista’ ssegwi l-isports kollu mingħajr problemi

Issa tista’ ssegwi l-isports kollu fuq stazzjon wieħed grazzi għal kollaborazzjoni bejn l-operaturi GO u MELITA. Dan permezz tal-inzjattiva ta’ ‘Total Sports Network’ fejn wieħed se jkun jista’ jara l-isports kollu bi prezz irħas permezz ta’ pakkett wieħed.
B’hekk issa l-konsumaturi m’għadx irridu jagħlu bejn l-operaturi li qabel kellhom id-drittijiet tax-xandir maqsumin bejnithom, u jista’ jsegwu varjeta ikbar ta’ logħob.

Dan in-network ha jkun jinkludi tmien stazzjonijiet differenti li se jkunu qed ixandru għala vasta ta’ sport differenti.

Dan kollu tħabbar mill-Kapijiet Eżekuttivi taż-żewġ kumpaniji, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, li esprimew is-sodisfazzjon tagħhom lejn din l-inizjattiva hekk kif issa, Malta se tkun qed toffri l-aqwa għażla ta’ sports.

Intant, din is-sħubija ġiet approva wkoll mill-MCCAA.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend