Argument bejn numru ta’ persuni f’Buġibba – Raġel l-isptar kawża ta’ ġrieħi f’rasu.

Raġel idaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ġarrab ġrieħi f’rasu kawża ta’ argument bejn numru ta’ persuni barranin.

L-incident seħħ ghall ħabta tat-03.00 Ġimgħa filgħodu fi Triq biswit il-pjazza ta’ Buġibba. Fuq il-post marru numru sostanzjali ta’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett sabiex ikkalmaw is-sitwazzjoni bejn iż-żewġ gruppi involuti fl-argument.

Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li l-vittma jidher li weġġa’ kawża ta’ daqqa ta’ flixkun tal-ħġieġ. Huwa ttieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza, akkumpanjat minn infermier fejn inagħta l-kura għall-ġrieħi li sofra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mid-Distrett tal-Qawra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend