Xita nadifa għal tmiem il-ġimgħa – One News

Xita nadifa għal tmiem il-ġimgħa

Ammont ta’ xita mistenni jilħaq il-gżejjer Maltin tard matul tmiem il-ġimgħa li ġe. Is-sit tat-tbassir tat-temp, First Malta, spjega kif minkejja li qabel kien imbassar li kien hemm ċans issa dan ġie kkonfermat bit-tbassir jindika li ċ-ċans ta’ xita iżolata huma possibbli bejn il-Ġimgħa u nhar it-Tnejn.

It-temperaturi fuq il-Mediterran aktar tard matul din il-ġimgħa se joħolqu kuntrast bejn arja kiesħa u temperaturi għoljin ħafna lejn il-Punent. Dawn se joħolqu diversi maltempati bir-ragħad bejn it-Tuneżija u Sqallija, li xi wħud jistgħu jersqu viċin il-gżejjer Maltin.

Iżda l-ammont ta’ xita li hu mistenni fuq Malta u Għawdex mhux mistenni jkun ħafna, filfatt ix-xita mistennija hija waħda ħafifa u iżolata minn ħin għal ħin hekk kif is-sħab mistenni jibda jżid fuq Malta u minn ħin għal ħin joħloq ħalbiet tax-xita li mhux neċessarjament jilħqu l-gżejjer kollha f’daqqa.

Jidher li fl-arja m’hemmx ammont ta’ trab kbir, fejn dan ifisser li m’hemmx ammont ta’ ramel fin u għalhekk dan se jwassal sabiex ix-xita li tagħmel tkun waħda pjuttost nadifa mill-ewwel indikazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend