Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’San Ġwann

Raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Qormi qed jingħata l-kura wara li sofra ġrieħi gravi f’inċident f’ San Ġwann.

Għall-ħabta ta; 12:00, vettura tat-tip Skoda Felicia misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħal Tarxien, kellha mpatt ma’ mutur tat-tip Yamaha. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend