Aktar minn 200 persuna maqbuda fuq muntanja f’Lombok – One News

Notifiki

Aktar minn 200 persuna maqbuda fuq muntanja f’Lombok

Aktar minn 200 persuna jinsabu maqbuda fuq muntanja fuq il-gżira fl-Indoneżja, Lombok. Dan wara terremot li seħħ ilbieraħ li kawża tiegħu ngħalqu r-rotot minn fejn setgħu jaħarbu. 

Mijiet ta’ membri tas-salvataġġ issa qed jaħdmu qatigħ biex jevakwawhom minn Mount Rinjani, destinazzjoni popolari ma’ dawk li jħobbu jmorru hikes.

It-terremot ta’ qawwa 6.4 fuq l-Iskala Richter laqat lil din il-gżira kmieni l-Ħadd filgħodu, mhux bogħod mill-bażi tal-muntanja.

Minn tal-inqas 16-il persuna tilfu ħajjithom u aktar minn 160 persuna ndarbu kawża tat-terremot.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend