Hamilton ser jibda fl-ewwel post fl-Ungerija – One News

Notifiki

Hamilton ser jibda fl-ewwel post fl-Ungerija

Is-sewwieq brittaniku Lewis Hamilton għada ser jitlaq mill-ewwel post fil-gran prix tal-Ungerija meta llum irnexxielu jikseb l-aħjar ħin waqt il-provi ta’ kwalfikazzjoni bi preparazzjoni għal gran prix ta’ għada tal-Ungerija.

Hdejn Hamilton, fit-tieni post ser jitlaq is-sewwieq l-ieħor tal-Mercedes Valteri Bottas.  Fit-tieni filliera ser jitiqlu ż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari; Kimi Raikkonen u Sebastien Vettel.

Fil-klassifika tas-sewwieqa bhalissa insibu lil Hamilton fl-ewwel post segwit minn Vettel li jinsab 19 il-punt wara l-Brittaniku filwaqt li s-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Raikkonen jinsab fit-tielet post b’131 punt.
Il-gran prix ta’ għada tibda fil-3pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend