Riżultati pożittivi għal Valletta FC u Balzan FC fl-Ewropa League – One News

Notifiki

Riżultati pożittivi għal Valletta FC u Balzan FC fl-Ewropa League

Valletta FC u Balzan FC ilbieraħ kisbu riżultati pożittivi hekk kif iż-żewġ timijiet kienu fl-azzjoni fl-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.

Balzan FC għelbu lil Slovan Bratislava 2 – 1. Balzan fil-vantaġġ wara 16-il minuta grazzi għal Bojan Kaljevic u fis-67 minuta għamluhom tnejn grazzi għal Uros Ljubomirac. L-avversarji naqsu d-distakk fl-74 minuta grazzi għas-sostitut Vukan Savicevic.

Il-logħba tar-ritorn tintlagħab fit-2 ta’ Awwissu u r-rebbieħ jaffaċċja lil Rapid Wien tal-Awstrija fit-tielet rawnd tal-kompetizzjoni.

Minn naħa l-oħra goal fl-aħħar ta’ Mario Fontanella kien biżżejjed biex Valletta FC iġibu d-draw barra minn Malta kontra HSK Zrinjski Mostar.

Wara taqsima mingħajr gowls, it-tim mill-Bosnia marru fil-vantaġġ fil-50 minuta permezz ta’ Nemanja Bilbija b’Fontanella jġib id-draw għall-Beltin fil-90 minuta.

It-tieni leg tintlagħab fl-istadium taċ-Ċentinarju nhar il-Ħamis li ġej.

Ritratt: Peter Paul Borg

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend