ARA: Taħriġ b’xejn għas-sajjieda

Mat-300 sajjied għadhom kif spiċċaw sensiela ta’ taħriġ miċ-ċentru tat-taħriġ għall-piloti tal-port Maritime MT. Dan fuq inizjattiva tal-Ministeru għas-Sajd li permezz ta’ fondi Ewropej seta’ jipprovdi dan it-taħriġ bla ħlas.

It-taħriġ kien maqsum fuq żewġ mudelli; wieħed jiffoka fuq food handling u ieħor fuq sigurtà.

Waqt iċ-ċerimonja taċ-ċertifikazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri spjega l-importanza li wieħed jitħarreġ fuq ix-xogħol li jagħmel. Qal ukoll li s-sena li ġejja ħa jerġgħu jirrepetu xi korsijiet kif ukoll jiftħu xi korsijiet ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend