Gżira United bi pjan biex it-tim isir professjonali – One News

Notifiki

Gżira United bi pjan biex it-tim isir professjonali

One Sport jista’ jiżvela li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet interni sabiex il-plejers ta’ Gżira United jibdew jitħarrġu aktar minn darba kuljum mal-klabbu bil-mod il-mod it-tim ma jibqax jitħarreġ wara l-ħin tax-xogħol iżda anke f’ħinijiet oħra matul il-ġurnata.

Sorsi viċin din il-paġna kkonfermaw magħna li bħalissa għaddejja ħidma qawwija sabiex gradwalment il-plejers jibda jkollhom ġranet sħaħ flimkien, f’ambjent professjonali fejn mhux biss jitħarrġu flimkien iżda anke jqattaw parti mill-ħin liberu tagħhom ma’ xulxin.  Jekk dan il-pjan jirnexxi, allura Gżira United jkunu wieħed mill-ftit timijiet li bil-mod il-mod isiru semi professjonali u saħansitra tim professjonali fi ftit żmien.

Huwa mifhum li l-viżjoni tal-President Sharlon Pace u l-kumitat ċentrali hija waħda fit-tul u wara li l-istaġun li għadda spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika tal-Kampjonat Premier u rritornaw jilgħabu f’komeptizzjoni Ewropea, l-għan għall-istaġun li jmiss huwa li jtejbu fuq l-istaġun li għadda filwaqt li jkomplu jkabbru isem it-tim f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend