Informa ruħek dwar l-istorja ekonomika ta’ pajjiżna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta – One News

Notifiki

Informa ruħek dwar l-istorja ekonomika ta’ pajjiżna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser itella’ Lekċer Pubblika bħala parti minn serje ta’ lekċers dwar l-Istorja Ekonomika. Il-lekċer ser issir it-Tlieta 31 ta’ Lulju 2018 fis-18:00 fil-Binja Laparelli tal-Bank f’St James’s Counterguard fil-Belt Valletta.

Qabel il-lekċer ser issir żjara madwar il-Librerija tal-Bank fil-17:30. Dr Charles J Farrugia Ph.D, l-Arkivista Nazzjonali, ser jagħmel lekċer bit-tema Sources of Malta’s economic history: The views of the National Archivist.

Dr Farrugia ser jagħti ħarsa lejn numru ta’ sorsi arkivjali tal-istorja ekonomika ta’ Malta. Ser jagħti ħarsa mill-ġdid lejn uħud mis-sorsi li ntużaw s’issa mill-istudjużi tal-ekonomija, kif ukoll materjal ieħor disponibbli ġewwa l-Arkivji Nazzjonali.

Dan ser jiġi ppreżentat fi sfond aktar wiesa’ ta’ sorsi arkivjali oħrajn f’Malta. Ser jiġu diskussi wkoll il-potenzjal tas-sorsi msemmija u l-viżjoni fuq żmien twil li dan il-pajjiż għandu jkollu sabiex dawn isiru aċċessibbli għall-kitba u l-interpretazzjoni tal-istorja ekonomika ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend