IL-PES ifaħħar lil Muscat u bi kliem iebes għall-PN – One News

Notifiki

IL-PES ifaħħar lil Muscat u bi kliem iebes għall-PN

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej tkellem ukoll dwar l-inkjesta Egrant u filwaqt li qal li jilqa’ l-inkjesta żied li huwa ta’ tħassib u xokkanti li esperti internazzjonali sabu li kienu ffalsifikati d-dokumenti u l-firem biex sar l-attakk fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-President tal-Partit Soċjalista Ewropew, Sergei Stanishev, qal: “Dan hu l-mod kif tindirizza akkużi bħal dawn. B’mod miftuħ u trasparenti b’rispett sħiħ lejn ir-rule of law… Issa Joseph Muscat u l-gvern tiegħu jistgħu jibqgħu mexjin bir-riformi għall-benefiċċju tan-nies ta’ Malta, għall-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali.”

Il-PES tkellmu kif dan kien frame up ċar. “Il-PES huwa mħasseb li l-Partit Nazzjonalista Malti ħa fuqu dawn l-allegazzjonijiet foloz u prova jgħaddi l-pajjiż minn taqlib politiku,” żiedet tgħid l-istqarrija tal-PES.

Kompla jintqal li l-Partit Soċjalista Ewropew jemmen li l-partiti poltiċi għandhom jiksbu l-fiduċja tal-votanti billi jipproponu miżuri konkreti li jtejjbu l-ħajja taċ-ċittadini u mhux permezz ta’ evidenza falza.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend