“Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jifhem li l-allegazzjonijiet fuq mart il-Prim Ministru u l-Prim Ministru nnifsu mhumiex kwistjoni ta’ logħob politiku. Jekk xejn għandu jifhem li l-Prim Ministru u l-familja tiegħu sofriet żbilanc sfaċċat fuq gidba u dokumenti falsifikati għall-aħħar sena u nofs. “
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Prim Ministru kkommetta ruħu li jrid l-inkjesta ppubblikata kollha kemm hi għax ma hemm xejn li se jbiddel is-sewwa magħruf fuq il-konklużjonijiet ċari u inekwivoċi tal-Maġistrat inkwerenti.
L-istqarrija tgħid li intant, min għamel din il-gidba għadu qed jirrappreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament bħala parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għax għalih, il-verdett tal-poplu, u dak tal-Qorti ma humiex bżżzejjed f’pajjiż fejn id-demokrazija u r-rule of law taħdem independement mill-għira politika biex jinħatfu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.
Il-PL temm billi qal li Arian Delia jista’ joqgħod moħħu mistrieh li l-inkjesta li tħammar wiċċ il-PN tista’ tkun pubblika minnufih li kieku kienet deċiżjoni tal-Prim Ministrh waħdu.