Il-mument tal-veritá dwar Egrant – One News

Notifiki

Il-mument tal-veritá dwar Egrant

Sena u tliet xhur wara li f ’Malta feġġet dik li kienet deskritta bħala l-ikbar allegazzjoni fix-xena politika
ta’ pajjiżna, issa wasal il-mument tal-verità.

Il-Maġistrat Aron Bugeja għadda l-inkjesta maġisterjali li kien talab il-Prim Ministru Joseph Muscat lill-Avukat
Ġenerali. Din l-inkjesta ssejħet wara li fl-20 ta’ April tal-2017 Daphne Caruana Galizia allegat li kumpanija bl-isem ta’ Egrant hija kumpanija ta’ mart il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Anke jekk sa dakinhar kien hemm dikjarazzjonijiet li juru xorta oħra.

Però b’mod immedjat Joseph Muscat kien talab inkjesta biex toħroġ il-verità u skont dak irrappurtat flaħħar
xhur l-inkjesta kienet waħda li daħlet f ’dettall liema bħalu.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja, li Simon Busuttil wkoll kien esprima l-fiduċja fih tant li mar għandu bosta
drabi, ġab ukoll esperti barranin u saħansitra kien hu nnifsu li mar barra l-pajjiż biex jistħarreġ u jinvestiga.

Ilbieraħ kien l-Avukat Ġenerali nnifsu li kkonferma li l-inkjesta lesta meta lbieraħ ftit qabel nofsinhar qal: “Fissigħat
li għaddew, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ġie informat mill-Maġistrat Aaron Bugeja li l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru u s-Sinjura tiegħu tlestiet.

L-inkjesta għaddiet ukoll għand l-Avukat Ġenerali skont il-liġi. Bħalissa għaddejja analiżi approfondita tal-inkjesta, lir-rapport konklussiv tagħha huwa voluminuż.”

Fil-fatt xi ġurnalisti kitbu fuq Twitter li l-inkjesta taqbeż l-1,500 paġna.

Immedjata r-reazzjoni talPrim Ministru Joseph Muscat li permezz ta’ stqarrija qal li għandha tkun ippubblikata l-inkjesta sħiħa.

L-istqarrija konċiża u diretta tal-Prim Ministru kienet taqra hekk: “Il-Prim Ministru ħa konjizzjoni tal-fatt li l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u ta’ martu tlestiet u għaddiet għand l-Avukat Generali. IlPrim Ministru ħa wkoll konjizzjoni tal-fatt li min-naħa tiegħu l-istess Avukat Ġenerali b’mod immedjat beda analiżi tagħha.

In vista tal-fatt li skont il-liġijiet tagħna hu l-Avukat Ġenerali li jirregola jekk inkjesta tistax tiġi ppubbliċizzata jew le, il-Prim Ministru talab li l-inkjesta tiġi ppubblikata. Il-Prim Ministru se jkun qed jagħti r-reazzjoni tiegħu mill-ewwel hekk kif l-inkjesta ssir pubblika.”

Anke l-Partit Nazzjonalista kkummenta u qal li għandha toħroġ l-inkjesta. Filwaqt li l-Partit Laburista kien ċar u dirett meta fi stqarrija qal: “Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, diġà kien ċar li jrid li l-inkjesta maġisterjali dwar il-kumpanija Egrant tkun ippubblikata b’mod sħiħ.

Iżda, iktar minn hekk, il-Prim Ministru ilu ċar u on record għal bosta xhur jgħid li jekk tinstab nitfa verità dwar l-allegazzjoni li l-kumpanija hi ta’ xi ħadd mill-familja tiegħu jirriżenja. Il-Partit Laburista jippretendi li ħaddieħor jagħmel l-istess.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *