Mingħajr ma jaf, Trump ġie rrekordjat fuq xbejba tal-Playboy – One News

Notifiki

Mingħajr ma jaf, Trump ġie rrekordjat fuq xbejba tal-Playboy

Il-President Amerikan Donald Trump reġa’ fl-aħbarijiet fuq attivitajiet jikwu ferm u li komplew joħorġu fil-beraħ ix-xewqat ibaqbqu tiegħu.

Dan hekk kif The New York Times irrapurtat li l-ex avukat ta’ Trump irrekordja konversazzjoni bejnu u bejn Trump dwar pagamenti lill-ex mudella tal-Playboy Karen McDougal.

Qed ikun irrapurtat li l-ex avukat ta’ Trump, Michael Cohen irrekordja din il-konversazzjoni ftit qabel l-elezzjoni Presidenzjali li għaddiet.

Ix-xbejba ta’ Playboy sostniet li hija u Trump kienu jħalltu u jaqsmu fuq perjodu ta’ sena, ftit wara li t-tielet mara ta’ Trump, Melania welldet lil Barron, it-tifel li Donald Trump għandu m’għand Melania.

L-avukat preżenti ta’ Trump, Rudy Giuliani kkonferma l-awtentiċità tal-awdjo rekordjat iżda saħaq li l-pagament lil Karen McDougal qatt ma sar.

L-ex avukat ta’ Trump, Michael Cohen jinsab investigat fuq numru ta’ pagamenti li allegatament għadda biex issieket nisa li setgħu jimbarazzaw lil Trump lejliet l-elezzjoni Presidenzjali li rebaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *