FILMAT: Jinqabad fuq filmat jinqeleb bil-vettura fil-Marsa

Ħadd ma ndarab wara li vettura nqelbet fil-Marsa. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 fi Triq Aldo Moro fil-Marsa meta minn filmat meħud minn kamera f’vettura oħra, il-vettura tidher taqbeż minn karreġġjata għal oħra sakemm issib vettura oħra bix-xufier jipprova jevita li jaħbat.

Sfortunatament mal-manuvra hu sab il-bidu taċ-ċint u kawża t’hekk il-vettura nqelbet għal fuq il-karreġġjata tat-triq l-oħra.

Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident hekk kif ix-xufier deher ħiereġ mill-vettura waħdu.

Filmat: Stefano Russello
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend