“Flessibiltà fil-leave għal dawk li jsiru ġenituri tissarraf f’aktar għajnuna lill-familji” – One News

Notifiki

“Flessibiltà fil-leave għal dawk li jsiru ġenituri tissarraf f’aktar għajnuna lill-familji”

“Hemm bżonn nibdew diskussjoni dwar il-possibiltà li jidħol il-kunċett ta’ family leavewara t-twelid ta’ tarbija, li jista’ jintuża mill-ġenituri skont il-ħtiġijiet tal-familja.” Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli qalet dan meta kienet qed tindirizza attività fir-Rialto Bormla.

“F’dinja dejjem tinbidel, il-ħtiġijiet tal-familja qed jinbidlu wkoll u jeżistu ċirkostanzi fejn l-omm jew ikolha bżonn jew tkun trid tidħol taħdem qabel ma jgħaddi l-maternity leavekollhu. Min-naħa l-oħra, bis-sistema preżenti, il-missier għandu biss ftit ġranet ta’ leavewara t-twelid ta’ tarbija qabel ma jkollu jirritorna għax-xogħol”, żiedet tgħid Dr Dalli.

Miriam Dalli sostniet li jeżistu każijiet fejn leavetal-maternità ma ġiex utilizzat u ntilef, filwaqt li l-kunċett ta’ family leavejfisser li ż-żewġ ġenituri jistgħu jqassmu dan il-leaveskont il-bżonnijiet tal-familja tagħhom.

Wara kollox, ir-rwol tal-ġenituri huwa importanti bl-istess mod fit-trobbija tal-ulied u għalhekk il-ġenituri jridu jkunu f’pożiżjoni li jaqsmu l-leavetagħhom bejniethom bl-aħjar mod, qalet Miriam Dalli.

L-introduzzjoni tal-kuncett ta’ leavetal-familja li jinqasam bejn il-ġenituri huwa kunċett li diġa’ huwa addottat f’pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, bl-ewwel pajjiż li addotta din is-sistema jkun l-Isvezja. L-Awstrija, is-sena li għaddiet, ukoll daħħlet liġi biex issaħħaħ il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol, tant li ġenituri li jaqsmu l-leave tagħhom b’mod ugwali se jkunu premjati.

Miriam Dalli qalet li l-leavelill-ġenituri m’għandux ikun l-unika soluzzjoni biex ikollna bilanċ bejn il-familja u x-xogħol u saħqet li dan għandu jiġi kkumplimentat minn miżuri oħra bħall-pereżempju teleworkingu ħinijiet flessibli. Żiedet tgħid li dawn huma miżuri oħra li jistgħu jgħinunha nagħmlu l-qabża favur kwalità ta’ aħjar f’pajjiżna.

Waqt din l-attività l-MEP Dalli tkellmet ukoll dwar il-ħidma tagħha fuq il-leġiżlazzjoni limistennijatnaqqas it-tniġġiż tal-karozzi u saħqet dwar il-ħtieġa ta’ aktar charging points. L-MEP Dalli tkellmet ukoll dwar il-Fond għall-Ażilju u Migrazzjoni, liġi li qed taħdem fuqha bħalissa.Dr Dalli spjegat li l-Fond huwa instrument li se jiffinanzja l-oqsma importanti tal-ażilju u l-migrazzjoni bejn il-perjodu 2021-2027 u għandu l-għan li jikkumplimenta l-ħidma tal-Istati Membri fl-oqsma tal-ażilju, migrazjoni legali u fruntieri esterni kif ukoll fil-ġlieda kontra migrazzjoni rregolari u ritorn.“Għandna bżonn politika li permezz tagħha l-immigrazzjoni tkun immaniġjata kif suppost. Bħala rapportuer ta’ din il-liġi, irrid naċċerta ruħi li l-pajjiżi tal-periferija, inkluż Malta, jkollhom l-għodda neċessarja biex jaħdmu,” kkonkludiet Dalli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend