FILMAT: Tapit ta’ fjuri fuq il-qabar ta’ Hugo Chetcuti – One News

Notifiki

FILMAT: Tapit ta’ fjuri fuq il-qabar ta’ Hugo Chetcuti

Tapit ta’ fjuri kesa l-qabar tal-imprenditur Hugo Chetcuti. Dan wara li llum sar il-funeral sabiex jingħata l-aħħar tislima wara li tilef ħajtu wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’Paceville.

Kien iben Chetcuti, Luke Chetcuti, li tella’ filmat fuq il-midja soċjali tal-qabar ta’ missieru b’tapit ta’ fjuri li fosthom jispellu isem l-imprenditur, Hugo, u kif ukoll l-isem tal-istabbilimenti li hu kellu.

Hugo għamel sitt ijiem jissielet għal ħajtu wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’Paceville fejn b’rabta ma’ dan il-każ qed jinżamm arrestat Serb ta’ 35 sena li qed ikun mixli bil-qtil ta’ Chetcuti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend