Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddefenda l-laqgħa li kellu mal-President Russu Vladimir Putin, hekk kif qed ikun ikkritikat bl-aħrax fuq il-prestazzjoni tiegħu.
Fuq Twitter, Trump ikkundanna lil dawk li ma riedux li jmur tajjeb ma’ Putin, u ddeskrivihom bħala nies li jxerrdu l-mibegħda.
Trump sostna li uża kelma inqas waqt konferenza tal-aħbarijiet li kellu ma’ Putin u deher li żamm mal-President Russu dwar l-allegazzjonijiet li saru mis-servizzi Amerikani tal-intelliġenza fuq l-indħil tar-Russja fl-elezzjoni Presidenzjali.
Dak li ntqal minn Trump wassal għal rabja kbira miż-żewġ naħat tal-Kungress Amerikan.
Trump sostna li huwa aċċetta l-valutazzjoni li saret mis-servizzi tal-intelliġenza, iġifieri li r-Russja ndaħħlet.