Parroċċi Għawdxin ma wiġbux għas-sejħa tal-Isqof Mario Grech li saret sentejn ilu biex jieħdu fi ħdanhom familja ta’ refuġjati biex ikunu xhieda ta’ sens ta’ umanità.
Meta kkummenta dwar dan il-fatt l-Isqof Mario Grech qal li dan jixhed li anke nies fil-Knisja għad iridu jikkonvertu.
Għalkemm fl-istess ġimgħa li għamel din id-dikjarazzjoni saru wkoll dikjarazzjonijiet iebsin mill-Monsinjur Joe Vella Gauci. Li jitfgħu f’dubju deċiżjonijiet tal-Isqof innifsu.
L-Isqof Grech, magħruf għall-appelli favur is-solidarjetà, għamel id-dikjarazzjoni tiegħu fuq ir-Radju tal-Knisja meta żvela kif kienet biss parroċċa waħda li laqgħet l-appell li għamel f’Settembru tal-elfejn u ħmistax fl-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja.
Anke n-nies fil-Knisja jridu ż-żmien biex jikkonvertu. Mhux biss is-soċjetà at large. Tant hu hekk li sal-lum żewġ familji biss. Għax kien hemm parroċċa li aċċettat tassumi din ir-responsabbiltà u aħna bħala djoċesi qed inżommu żewġ familji.
F’kitbietu Monsinjur Joe Vella Gauci qal li quddiem din l-indifferenza verament l-Isqof għandu biex jinkwieta.
Iżda, imbagħad kiteb li b’dispjaċir jinnota li l-analiżi tal-Isqof mhux dejjem ċara u xi minn daqqiet nieqsa mid-dettall.
Qal li ftehim bejn il-Fondazzjoni Kenn u Tama li topera minn Għawdex u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ngħataw kenn mad-disgħa u disgħin barrani f’erba’ snin.
Peró l-Monsinjur kellu iktar xi jgħid.
Hawn Mons Vella Gauci għamel appell dirett lill-isqof. Qallu li d-Djoċesi ta’ Għawdex għandha tittrasforma l-villa li Mons Anton Gauci ħalla b’donazzjoni f’xelter għall-familji.
Huwa maħsub li din il-villa se ssir ċentru ta’ arti liturġika, iżda Mons Vella Gauci jsostni li din mhix il-ħidma pastorali li tħalliet għaliha din il-villa.
Bil-każ spiċċa wkoll il-Qorti bejn id-djoċesi u l-werrieta ta’ Anton Gauci.
Biex filwaqt li ż-żewġ membri prominenti tad-djoċesi ta’ Għawdex qed jaqblu fuq il-fatt li wieħed irid jiftaħ qalbu u l-bibien tiegħu, irriżultat diverġenza kbira fuq dak li qed isir u t-triq ‘il quddiem.
Lil Isqof Vella Gauci qallu: “Qatt mhu tard u li tikkoreġi żball mgħandux jitqies bħala dgħjufija.”