Abdell Raouf Mohfoudi Ali Hassan weħħel sentejn priġunerija u multa ta’ ħamest elef ewro wara li attakka Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulziija wara li kien ġie arrestat. Dan anke għax il-Qorti sabidu riċediv fost oħrajn ta’ senteza oħra li kienet ingħatat.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti ppresseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud qalet li trid twassal messaġġ li agressjoni fuq Pulizija mhux permessibli. Tenniet lill-Pulizija jridu jkunu protetti waqt li jkunu qed jaghmlu d-dmirijiet taghhom u hadd ma hu skuzat tkun xi tkun ir-raguni, li jhedded lil xi ufficjal tal-Pulizija jew li b’ xi mod iweggaghom.
Il-Magistrat Mifsud qalet lill-Pulizija Ezekuttiva qeda hemm biex tipproteggi c-cittadin u ma’ ghandhiex tigi mqiegħdha f’sitwazzjoni li tibża’ teżerċità d-dritt tagħha li tikkoreġi lill-individwu li ma jkunx qed jimxi skond il-liġi.
Kompla jgħid kif il-Qorti tinkuraġixxi lill-Uffiċjali tal-Pulizija sabiex jintevjenu kull fejn ikun hemm xi nuqqas ta’ terz u dan bl-intendiment li jkun hemm armonija sħiħa fil-pajjiż. Temm jgħid li l-Pulizija għandhom ikollhom rashom mistrieħa li meta joħorġu għax-xogħol jerġgħu jidħlu lura qawwijin u sħaħ mingħajr il-periklu wkoll li jlaqtu xi marda. Il-Qorti ordnat li ġaladarba s-sentenza tiġi skontata huwa jerġa’ jmur lura lejn it-Tuneżija ġaladarba l-persuna huwa ta’ theddida għall-Korp tal-Pulizija u s-Soċjetà Maltija.