Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00 fi triq Burmarrad meta x-xufier għal xi raġuni tilef il-kontroll bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’siġra.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lix-xufier kif ukoll lill-passiġġier li kien fil-vettura, l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.