Vince Farrugia jirbaħ il-Kampjonat Autocross

Nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi għalqet l-istaġun 2017/2018 tal- Kampjonat Nazzjonali Autocross sponserjat mid-ditta Pasta Poiatti. Din kienet it-tnax u l-aħħar tiġrija tal-kampjonat iżda kienet il-ġurnata li fiha saret il-Van Demolition Derby 2018 li ilha ma ssir għal dawn l-aħħar 24 sena.

Ħarsa lejn l-Autocross fejn 20 karozza rreġistraw għal din il-kompetitzzjoni maqsuma f’tliet klassijiet, dik Modified, Standard u oħra li jaqaw fiha s-sewwieqa Għawdxin. Matul il-Heats tal-ġurnata fil-Klassi Modified rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta ddomina u assigura postu fil-Finali A tal-ġurnata. Miegħu kkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Melo Zammit u Jonathan Camilleri it-tnejn fuq Opel Corsa u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta.

Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Grech u lil Micallef jagħmlu ħrug tajjeb ħafna b’Grech jieħu tmun tal-finali segwit minn Micallef u Zammit. Tul id-disa’ dawriet ma rajna l-ebda tibdil bis-sewwieqa jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom sal-aħħar. Ir-riżultat Finali juri li Grech rebaħ il-Finali A segwit min Micallef u Zammit. Fir-raba’ post spiċċa Camilleri filwaqt li fil-Ħames u Sitt post daħlu Scicluna u Farrugia rispettivament.

Riżultat mill-Finali Autocross Modified Klassi B fejn rajna lil Noel Zammit fuq Fiat Punto jirbaħ din il-finali segwit min Joseph Spiteri fuq Opel Corsa u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Fir-raba’ post daħal Keith Borg fuq Vauxhall Nova.

Riżultat mill-Klassi Standard fejn Lucas Pace fuq Citroen AX rebaħ il-finali segwit min Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 u Jerome Peplow fuq Kia Avella. Fir-raba’ post daħal Chris Formosa fuq Ford Fiesta. Riżultat mill-Klassi tas-sewwieqa Għawdxin rajna lil George Scerri fuq Citreon AX jirbaħ din il-finali segwit min Chris Sultana fuq Daewoo Racer filwaqt li fit-tielet post spiċċa Clayton Cardona fuq Peugeot 106.

L-Assoċjazzjoni ħabbret uffiċjalment iċChampion u Runner-up mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018Vince Farrugia huwa r-rebbieħ tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018. Farrugia ser ikun qed iniżżel ismu għall-ewwel darba bħala Champion f’din il-klassi. Matul dan l-istaġun Farrugia kien segwit minn Karl Micallef fuq Ford Fiesta.

l-Assoċjazzjoni tonora wkoll dawk il-klassi li minkejja mhix Kampjonat Nazzjonali xorta tirrikonoxxi lir-rebbieħ tagħha. Fil-Autocross Klassi B rajna lill Ryan Scicluna fuq Ford Fiestajirreġistra rebħfil-klassifika Overall. Scicluna kien segwit minn Keith Borg fuq Vauxhall Nova.

Il-program spiċċa bil-Van Demolition Derby 2018 fejn l-intress għal din id-Demolition ġie mill-kompetitur stess li matul dan l-istaġun għamlu tant sforzi biex isibu vannijiet kbar. B’din id-Demolition inkunu qed nikkontribwixxu favur l-ambjent billi nkomplu nnaqqsu iktar vetturi mit-toroq L-Assoċjazzjoni matul dan l-istaġun organizzat tliet Demolition Derbies fejn irnexielha tneħħi mit-toroq Maltin xejn inqas minn 90 vettura kbar u zgħar.

Intant għal din l-edizzjoni rreġistraw 13-il vann iżda disa’ biss irnexxielhom jaslu sa fuq il-linja tat-tluq bis-sewwieqa jkunu Mauro Cassar fuq Tata Sumo, Leo Butler fuq Fiat Ducato, Massimo Borg fuq Toyota Lite-Ace, Michael Delia fuq Tata Safari, Larkin Butler fuq Peugeot Boxer, Karl Mizzi fuq Ford Transit, Jason Magro fuq Tata Safari, Frank Butler u Marlon Cassar it-tnejn ikkompetew fuq Tata Sierra.

Mat-tluq tad-Demolition rajna show organizzata bejn is-sewwieqa b’sorpriża lill-pubbliku preżenti li qatt ma stennew fejn Van Piaggo ħareg mill-Vann il-kbir ta’ Larkin Butler u skorta lill-vannijiet matul iż-żewġ dawriet li soltu jagħmlu qabel tibda id-Demolition. Wara din il-Vann iż-żgħir ħareg mill-korsa u bdiet id-Demolition fejn tawna spettaklu ta’ daqqiet tekniċi u damet sejra madwar 30 minuta. It-taqtiha tal-aħħar tiġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd. Dan minħabba l-istat tal-vetturi involuti li jkunu tista’ tgħid ma jintgħarfux. F’din it-taqtiha spiċċaw Michael Delia u Larkin Butler fejn rajna lil Delia li lejn it-tmiem ta din it-tqatija pprova jerġa’ jistartja l-magna wara li kellu battalja sħiħa biex wasal fejn wasal. Dan ukoll mhux wisq inqas għal Larkin li wkoll ma kienetx faċli jkompli. Minkejja li Delia irnexielu jerġa’ jistartja il-ħsara li kellu fir-rota ta’ quddiem kienet wisq diffiċli biex ikompli jsuq. Minkejja li dan xorta pprova jinqala ddeċieda li jitfi l-magna biex Larkin Butler fuq Peugeot Boxer spiċċa rebaħ din id-Demolition u Delia rebaħir-Runner-Up.

L-Assoċjazzjoni tirringrazzja lil kull min ħa sehem tul dan l-istaġun 2017/2018, li Sponsors tas-Sapport, lill Pasta Poiatti, Gasan Zammit Motors bid-ditta Honda, Wotomoto bid-ditta Beta u diversi ditti oħra zgħar li mingħajir is-sapport tagħhom ma jkunx possibbli nagħmlu dawn il-kompetizzjonijiet b’suċċess.

L-Assoċjazzjoni tieqaf mill-attivitajiet f’dawn ix-xahrejn biex tgħaddi mill-proċess u telleġġi Uffiċjali għas-sentejn li ġejjin kif ukoll Kumitat għas-sezzjonijiet fi ħdan l-Assoċjazzjoni. L-Attivitajiet jirritornaw f’Settembru għal staġun ġdid.

Rittratt: Mario Micallef

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend