Raġel ta’ sebgħa u tletin sena ndarab gravi waqt serqa li seħħet kmieni dalgħodu fil-Ħamrun.
Il-Pulizija qalet li s-serqa seħħet għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ filgħodu f’ħanut fi Triq il-Kunċizzjoni meta raġel mhux magħruf daħal fil-ħanut wara sgassa tieqa.
F’dak il-ħin kien hemm is-sid tal-ħanut li pprova jwaqqaf lill-ħalliel. Madankollu huwa spiċċa ndarab gravi wara li allegatament safa aggrediet b’arma li taqta’ u bil-pont.
Il-Pulizija qalet li l-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġie ċċertfikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja.