Jagħmlulu billboard fil-Fgura għax se jiżżewweġ – One News

Notifiki

Jagħmlulu billboard fil-Fgura għax se jiżżewweġ

Grupp ta’ ħbieb ingħaqdu flimkien biex jagħmlu ċajta ħelwa lill-ħabib tal-qalb li daqt jiżżewweġ.

Dan hekk kif bħala ċajta ħolqu billboard b’ritratt tal-ħabib tagħom bilqiegħda fuq siġġu, b’kuruna tal-kartun fuq rasu u b’messaġġ jgħid “Ser niżżewweġ.” fil-Fgura.

Żgur mhux forsi li dan il-ġuvni ma stenniex li jara lilu nnifsu waqt li kien għaddej fil-Fgura, daqslikieku kien hu li qed iħabbar iż-żwieġ lil tal-lokal.

Iżda minkejja dan kollu, jidher li l-istess ġuvni ma ħax għalih u tant ħadha tajjeb li mar jippoża mal-billboard flimkien mal-mara futura tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend