Għexieren ta’ partitarji tal-futbol infexxew f’irvell wara li sparaw missili li jintużaw waqt iċ-ċelebrazzjonijiet lejn il-Pulizija. Dan mal-mument li bdew iċ-ċelebrazzjonijiet wara r-rebħa tal-partita tal-World Cup, Franza kontra l-Belġju.
Il-Pulizija fi Franza kellhom jisparaw il-gass tad-dmugħ, dan sabiex iferrqu l-folla hekk kif bdew iwaddbu l-oġġetti fid-direzzjoni tal-Pulizija.
Fost il-ħmieġ li kien hemm, wieħed seta’ jsib anke sufan hekk kif eluf ta’ partitarji ħarġu jiċċelebraw ir-rebħa ta’ Franza qrib il-monument ta’ Arc de Triomphe.
Kienu bosta Pulizija li kienu armati sabiex iwaqqfu l-folla minn din iż-żona.
Għadd ta’ dimostranti ħolqu barrikati bl-użu ta’ ħadid sabiex iwaqqfu lill-Pulizija.