Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 79 sena residenti Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ milqut minn vettura f’Ħal Qormi

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-08:30 fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi, meta għal xi raġuni l-anzjan intlaqat minn vettur tat-tip Toyota Corolla, misjuqa minn ġuvni ta’ 26 sena minn Ħal Qormi. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-distrett u ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Intant, l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend