Tikolx minn dan il-qamħirrun – One News

Notifiki

Tikolx minn dan il-qamħirrun

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih GMO (Genetically Modified Organism) li m’huwiex awtorizzat.
Isem tal-Prodott: Pre-cooked yellow maize meal
Ditta: P.A.N.
Użin: 1 kilo
Dati tad-durabbilita`: 19/12/2018
Lott: 015168
Oriġini: Stati Uniti

Peress li l-kumpanija involuta infurmat li l-prodott laħaq inxtara mill-konsumatur, dan id-Direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend