Qafas legali li jirregolarizza is-servizzi tal-Block Chain f’pajjiżna – One News

Notifiki

Qafas legali li jirregolarizza is-servizzi tal-Block Chain f’pajjiżna

Propju ftit siegħat biss qabel it-tielet qari tal-liġijiet li se jirregolarizzaw il-Blockchain f’pajjiżna, fuq inizjattiva tal-kumpanija Stasis sar elenku tal-kif se tkun qed timxi l-quddiem id-dinja tal-Blockchain f’pajjiżna permezz ta’ dawn il-liġijiet.

Is-Sur James Farrugia, wieħed mis-sieħba f’Ganado Advocates u li jaħdem id f’id ma’ Stasis f’ Malta, li ħadem fil-qrib mal-Gvern fuq din il-liġi, spjega li se tkun qed tinqasam f’tlett partijiet differenti. Hu żvela kif l-ewwel u qabel kollox, se tkun qed tiġi stabbilita il-Malta Digital Innovation Authority li se sservi ta’ qafas regolatorju u punt ta’ referenza għal kumpaniji li diġa jew beħsiebhom joffru servizz finanzjarju digitali f’pajjiżna.

Spjega wkoll li se tkun qed issir sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ dawk li huma Technology Service Providers u Amministraturi Tekniċi.

Meta mistoqsi dwar l-importanza ta’ dan il-qafas legali minn ONE News, is-Sur Farrugia stqarr li dan kien pass fundamentali li se jkun iċ-ċavetta biex Malta tkompli ssir il-gżira tal-blockchain. Hu stqarr li minħabba l-fatt li Malta hi l-ewwel pajjiż ewropej b’dan il-qafas, qed tagħtina vantaġġ li nkunu minn ta’ quddiem biex nkomplu nissaħħu f’dawn l-innovazzjonijiet u nservu ta’ eżempju għal bqija tal-pajjiżi Ewropej.

ONE News tkellem ukoll ma Gregory Klumov il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Statis li spjega dwar kif Malta hi baħar ta’ opportunitajiet għall din l-industrija fejn stqarr li tul l-aħħar snin ra avvanzi kbar u jinsab ċert li permezz ta’ dan il-qafas regolatorju se jkomplu jsiru passi ta’ ġgant f’ dan is-settur.

Preżenti għal din il-konferenza kien hawn ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li stqarr li meta wieħed jixtarr dak li se tkun qed iġġib magħha din il-liġi jinduna li hi waħda strumentali fid-dinja diġitali ta’ pajjiżna. HU żied jgħid li dan il-pass ser iwassal biex ikun hawn qafas regolatorju b’saħħtu ħafna li jelimina l-abbużi u jattira iżjed investiment bi trasparenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *