Il-pulizija qed tinvestiga sejba ta’ raġel mejjet fl-inħawi taż-Żonqor f’Wied il-Għajn. Ir-raġel huwa ta’ nazzjonalità Taljana u għandu 44 sena.
Kien għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu li l-pulizija ġiet mgħarrfa li kien hemm bżonnl-assistenza tagħha wara li ġie nnutat raġel mitluq mal-art.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.