Kif mistenni, l-immigrazzjoni tinsab fuq nett tal-aġenda tal-Kunsill Ewropew fi Brussell li qed jattendu għalih il-mexxejja Ewropej fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fl-ittra tiegħu ta’ stedina għall-mexxejja Ewropej, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk spjega kif wara l-kriżi tal-immigrazzjoni fl-elfejn u ħmistax, il-qsim illegali lejn l-Ewropa naqas b’sitta u disgħin fil-mija. Fisser dan bħala prova li għandhom jitkomplew il-miżuri li nbdew fil-passat.
Intant f’kummenti lill-ġurnalisti fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-MV Lifeline ma kellux reġistrazzjoni valida.