Il-Kaptan tal-MV Lifeline mitkellem fid-Depot – One News

Notifiki

Il-Kaptan tal-MV Lifeline mitkellem fid-Depot

Għall-ħabta tad-9.00 il-Kaptan tal-MV Lifeline ġie mistoqsi diversi mistoqsijiet fid-Depot tal-pulizija fil-Floriana.

Propju lbieraħ filgħaxija l-aħħar persuna li tniżżlet minn fuq il-vapur kien il-kaptan tal-vapur li ttieħed lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija dak il-ħin sabiex jiġi interrogat. Huwa tittieħed lura fuq il-vapur ftit wara.

Fost l-immigranti hemm 17-il mara u 3 trabi li l-kundizzjoni tagħhom tinsab tajba. Kien hemm persuna li kellu ksur fil-polz iżda ġie rrilaxxat mill-isptar Mater Dei.

Diġa’ beda l-proċess ta’ assessjar mill-uffiċċjali governattivi biex jaraw jekkx l-immigranti jikkwalifikawx għall-asil. Dan l-assessjar ifisser li kull persuna tiġi mistoqsija għaliex telqet minn pajjiżha u x’kienu r-raġunijiet prinċipali biex minn hemm imbagħad ikunu jistgħu jingħataw l-istat tagħhom.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/06/27/il-kaptan-tal-lifeline-jittiehed-id-depot-il-vapur-mizmum-mill-awtoritajiet-maltin/

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend