Persuna li minkejja s-sinjali ta’ bnadar ħomor webbes rasu u niżel jgħum kellu jittella’ mill-baħar wara li nqabad fil-kurrenti ta’ taħt il-baħar fil-bajja ta’ Golden Bay.
Fortunatament kollox spiċċa b’ wiċċ il-ġid wara li l-lifeguard tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar induna bir-raġel f’diffikultà mal-25 metru l-barra mix-xatt.
Minkejja li r-raġel kien imdawwar b’ numru ta għawwiema oħra ħadd ma nduna bis-sitwazzjoni prekarja tar-raġel.