Aġġornat bil-filmat: Raġel ta’ 77 sena jaqa’ f’bir f’Ħaż-Żebbuġ – One News

Notifiki

Aġġornat bil-filmat: Raġel ta’ 77 sena jaqa’ f’bir f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 77 sena waqa’ ġo bir f’residenza f’Ħaż-Żebbuġ wara li għadda minn fuq l-għatu li spiċċa sfronda bih.

Dan ġara għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq l-Imdina.

Membri tal-protezzjoni ċivili ssejħu fuq il-post fejn tawh l-assistenza meħtieġa. Malli ttella’ l-persuna, huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend