Raġel ta’ tmienja u tletin sena ġie arrestat mil-Pulizija Nġliża wara li mar fuq il-linji tal-ferrovija ta’ Charing Cross f’ Londra u qal li fuqu kellhu bomba.
Il-każ seħħ kmieni l-Ġimgħa filgħodu fejn immedjatament malli saret it-theddida ġie evakwat l-istazzjon tal-ferrovija b’għadd kbir ta’ Pulizija armati sa’ snienhom jiċċirkondaw l-akwati.
Iżjed tard il-Pulizija arrestaw lir-raġel fejn fi stqarrija qalu li bdew immedjatament jagħtuh għajnuna psikjatrika.