ARA: Joħorġu 6,286 ċekk b’valur ta’ €4.6 miljun f’rifużjoni ta’ VAT imħallsa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi – One News

Notifiki

ARA: Joħorġu 6,286 ċekk b’valur ta’ €4.6 miljun f’rifużjoni ta’ VAT imħallsa żejda fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi

Hekk kif tħabbar fl-aħħar Baġit, il-Gvern ser ikun qed jirrifondi l-ekwivalenti għall-ammont ta’ VAT li tħallset fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni lil sidien ta’ vetturi li rreġistraw il-vettura tagħhom bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2007.Dan l-ammont ser jitħallas f’pagament wieħed permezz ta’ ċekk, li ser jintbagħat fl-indirizz provdut lil sidien ta’ vetturi li bagħtu l-applikazzjoni tagħhom u li kienu eleġibbli.

B’kollox din is-sena ser jinbghatu 6,286 cheque b’ total ta’ 4.6 Miljun Ewro

L-istess proċess ser jiġi adottat is-sena d-dieħla għall-vetturi li kienu rreġistrati sas-sena 2008, biex b’hekk il-pagamenti kollha lill-applikanti eliġibbli jkunu tħallsu.

Minn dan it-total irid jitnaqqas l-ammont ta’ €110 ewro (vetturi) jew 55 ewro (muturi) li diġà tħallas fl-2014 meta tħabbret l-iskema għall-ewwel darba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend