Resident f’Ħal Għaxaq ta’ kuljum jibdel il-bnadar ta’ fuq il-bejt skont il-logħba tat-Tazza tad-Dinja li tkun se tintlagħab.
Qarrej ta’ one.com.mt spjega kif jinsab affaxxinat kif dan l-individwu jidher li għandu l-bnadar kollha tal-pajjiżi parteċipanti u joqgħod jieħu l-ħin tiegħu biex jaġġorna lil dawk tal-lokal.
Jum wara ieħor, jitla’ fuq il-bejt u jibdel il-bnadar skont il-logħbiet li jkun imiss.
Żgur mhux forsi li min jgħix fil-qrib mhux se jmur jgħid li ma jafx min se jilgħab hekk kif kull ma jird jagħmel joħroġ sa fuq il-bejt u jiċċekja skont il-bnadar.