Meta tifel jew tifla timrad b’marda serja, l-iskola ma tibqax l-ewwel prijorità. Iżda minkejja dan, is-sistema edukattiva tibqa’ taħdem fil-viċin ma’ dawn it-tfal f’dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.
Dawn l-għalliema u kindergarten assistants, li jagħmlu parti min-National School Support Services fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, jgħinu lil dawn it-tfal fl-iktar mumenti diffiċli ta’ ħajjithom.
Waħda minn dawn il-ħames edukaturi hija Sarah Craig. Meta kella 9 snin Sarah kella tiffaċċja l-kanċer. Illum hija taħdem fil-viċin mal-istess tfal li għaddejin minn din il-marda u tgħinhom mhux biss jitgħallmu, iżda jiskopru t-tama u l-umanità li teżisti fostna.
Dawn huma sensiela ta’ filmati qosra li qed jittellgħu u jiġu pproduċuti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni bil-għan li jitwassal l-għarfien dwar għodda meħtieġa u li hija aċċessibbli f’pajjiżna biex wieħed ikun jaf liema servizzi jista’ jagħmel użu minnhom jekk ikollu bżonn. Barra minn hekk, permezz ta’ dawn il-filmati, jiġi apprezzat aktar ix-xogħol li jagħmlu bosta mingħajr l-ebda pompa.