Persuna tilfet ħajjitha wara li xarabank laqtet erba’ persuni li kienu qed jattendu festival tal-mużika fl-Olanda fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu.
Ix-xufier u l-vettura, li kienet deskritta bħala xarabank żgħira bajda għadhom qed ikunu mfittxija mill-pulizija, hekk kif ix-xufier naqas milli jieqfa wara dan l-inċident.
L-inċident seħħ waqt Pink Pop, festival ta’ tlett ijiem li qed isir f’Landgraaf, fin-Nofsinhar tal-pajjiż, fl-erbgħa tat-Tnejn filgħodu.
Għadu mhux ċar jekk l-inċident kienx wieħed intenzjonat jew aċċidentali.