Ftehim bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni se jwassal għal blitz ta’ tindif f’San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba u x-Xemxija.
Dan il-ftehim ġie ffirmat aktar kmieni dalgħodu u se jinkludi fost oħrajn servizz addizzjonali ta’ ġbir ta’ skart fil-17:00 ta’ waranofsinhar, tindif ta’ latrini pubbliċi darba fil-ġimgħa u ħasil ta’ toroq, pjazez u vendi kull lejl.