Raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal f’ħanut f’Ħal Tarxien u wettaq serqa.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegha fi Triq Karlu Maratta, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminar i li sar, irriżulta li raġel mgħammad u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, kien allegatament daħal f’ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 27 sena, residenti Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq madwar €100 fi flus kontanti.
Fl-imsemmi ħanut fil-ħin tas-serqa, kien hemm impjegata oħra, Tuneżina ta’ 46 sena, residenti Bormla. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċidenti, iżda l-impjegati sofrew minn xokk u għaldaqstant fuq il-post issejħet ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Puliz ija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.