Tifla ta’ erba’ snin indarbet gravi f’inċident mhux tas-soltu f’dar f’Tas-Sliema. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 p.m. meta ċediet l-art ta’ kamra f’residenza fi Triq San Vinċenz.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla li kienet fl-istess kamra l-isptar Mater Dei għall-kura. Hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.